Jintemm Il-Ġbid Ta' Ħbieb U Għedewwa! Ser Jixxandar Mill-Ġdid L-Aħħar Staġun!

Kollox beda fl-2014 meta intgħażlu l-atturi tas-serje ‘Ħbieb u Għedewwa’. Minn dakinhar ixxandru 900 episodju fuq Television Malta u 100 episodju fuq Melita More. Kienu sitt snin interessanti fejn rajna l-iżvilupp ta’ storja fuq familji li filli huma l-akbar ħbieb u filli l-agħar għedewwa. Kienet xi ħaġa ġdida hawn Malta li t-tim ta’ Rewind irnexxielhom jagħmlu b’suċċess. L-elf episodju issa ġew iffilmjati kollha, bl-aħħar episodju jixxandar fl-14 t’Awissu fuq Melita More.

Għal min tilef xi episodju, fis-17 t’Awissu ser jerġa jibda jixxandar mill-ġdid fuq Melita More. 





Kienu ħafna l-atturi li faħħru l-esperjenza li kellhom f’din is-serje fosthom Henry Zammit Cordina li jaħdem il-parti ta’ John Cassar. “Kien ta’ pjaċir kbir tiegħi li naħdem il-parti ta’ John Cassar’ kiteb Henry filwaqt li irringrazzja lill-awturi u produtturi Michael u Evelyn. Komplu jsegwu din is-serje għal aktar intriċċi, sabiex fl-aħħar naqtgħu l-kurżitajiet ta’ kif beħsieba tispiċċa din is-serje. 

Ħbieb u Għedewwa jkompli jixxandar fuq Melita More fl-15:45.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI