Fuq il-medja soċjali mara għadha kif żvelat li tilfet lill-ġeru tagħha li ġie addottat jumejn ilu. Il-kelb, li jismu Duke, ħarab minn Ħal Far dalgħodu madwar it-8am u għadu ma nstabx.
Il-mara kitbet: “Ħadd għadu ma rah, diġà ċempilt lil Animal Welfare u damu jfittxuh madwar sagħtejn u waqfu jfittxu issa… jien għamilt rapport lill-pulizija wkoll. Jekk rajt lil Duke jekk jogħġbok ċempel fuq 77578397 jew ibgħat messaġġ lili fuq Facebook.”
Apparti minn hekk, Duke huwa “fidil mal-bnedmin, l-uniku problema hi li mal-annimali oħra hu ftit aggressiv. Jekk jogħġbok għina nsibu lil Duke, hu liebes kullar aħmar u ċinga ħamra wkoll.”
Facebook/Tammy Quinzel Pope