Bħalissa qed tissemma l-possibbiltà li f’pajjiżna ssir cable car li tgħaddi minn tlett postijiet differenti – mill-Belt Valletta, mill-Furjana u mill-Port il-Kbir.
Il-ħsieb ta’ cable car f’pajjiżna ġie ispirat mill-proġett li ġie inawgurat f’Diċembru li għadda f’Pariġi li qed jgħin sabiex vjaġġ li qabel kien jitwettaq f’40 minuta, issa bis-saħħa tal-cable car qed jitwettaq f’18-il minuta biss.
Ftit jiem ilu mal-ġurnal Times of Malta tkellem dwar din il-proposta l-eks Kap Eżekkutiv tal-proġett tal-Valletta Waterfront Chris Falzon fejn sostna li proġett bħal dan huwa ideali ferm għal pajjiżna għaliex isaħħaħ l-effiċenzja u l-konnettività.
Intom x’taħsbu dwar din il-proposta?
ChatGPT