L-arkivji nazzjonali ta’ Malta xerrdu ritratt meħud mill-passat, li jmur lura sa 120 sena ilu. Jidher li hemm grupp ta’ tfal u adulti li sabu ċ-ċans jieħdu ritratt flimkien.
“Jippużaw għal ritratt x’imkien f’Malta, aktar minn 120 sena ilu. Probabilment, ftit li xejn ħarġu mir-raħal tagħhom, għexu ħajja sempliċi u aktarx ma jissemmewx fid-dokumenti tal-kbarat…imma xorta waħda għandna post għalihom fl-Arkivji Nazzjonali.”
Dettall interessanti huwa li qegħdin bl-ilbies tradizzjonali ta’ dawk iż-żminijiet, li kont tarahom lebsin.