Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro spiċċa ma tħalliex jidħol għal-logħba bejn Santos u Grêmio minħabba li għadu ma tlaqqamx kontra l-Covid-19. Wara li ġie mitlub il-passaport tal-vaċċin ma kellux x’juri għaldaqstant twaqqaf. Il-President Bolsonaro huwa fost dawk li huma kontra litrid tkun imlaqqam bilfors biex tidħol f’ċerti postijiet. Apparti minn hekk ma jaqbilx mal-lockdowns.
Hu anke għadda kumment fejn qal li b’saħħtu aktar minn dawk li tlaqqmu għax hu kellu l-virus xhur ilu u fieq minnu. Mid-dehra anke weħel multa ta’ €80 talli ma libisx il-maskra kif sippost.
Kull partitarju li kellu ċertifikat biex juri li tlaqqam kontra l-Covid-19 jew test negattiv, beda jiddaħħal. L-Istati Uniti u l-Indja huma ż-żewġ pajjiżi li għandhom aktar każijiet pożittivi mill-Brażil. Mill-poplu Brażiljan tilfu ħajjithom kważi 600,000 persuna kawża tal-Covid-19, li jagħmlu t-tieni l-iktar bil-vittmi.
Taħseb ma’ kif imxew miegħu?