Bħalissa l-Ġermanja tinsab taħt xokk hekk kif kaxxier spicċċa maqtul minħabba argument dwar l-ilbies tal-maskra. Il-kaxxier kellu biss 20 sena u kien jaħdem f’stazzjon tal-petrol.
L-argument beda hekk kif l-kaxxier avża lill-klijenti sabiex jilbes il-maskra meta daħal jixtri l-birra. Ir-raġel irrifjuta u ħareġ l-barra.
Iżda wara siegħa u nofs, ir-raġel irritorna bil-maskra ma’ wiċċu u hekk kif tefa’ l-birra li kien se jixtri fuq il-bank qam argument ieħor.
F’dak il-mument, il-klijent ħareġ revolver u spara lill-kaxxier f’rasu.
Il-klijent, li huwa raġel ta’ 49 sena mar l-għassa hu stess biex jarrestawh u stqarr x’għamel.
Il-Ministru tal-Finanzi Olaf Scholz li huwa mistenni jilħaq flok Angel Merkel wera dispjaċir kbir u xokk għal dan li ġara. “”Bħala soċjetà, irridu nissapportaw b’mod determinat għall-mibegħda,” huwa qal.