Qabel Squit Game saret waħda mill-aktar produzzjonijiet popolari ta’ Netflix li qatt saret, il-kittieb u direttur tagħha Hwang Dong-hyuk qatta’ aktar minn għaxar snin jipprova joħloq l-istorja u dak kollu li kien hemm bżonn. Mid-dehra l-istress tal-iffilmjar ma tantx ġablu risq!
Dong-hyuk tant affettwatu u ħolqitlu stress bl-intensità tagħha li spiċċa biex tilef sitt sinniet! Fuq Facebook ġiet ippubblikata intervista li Dong-hyuk kellu mas-CNN, qal li din is-serje li laqgħat mad-90 pajjiż kienet impenjattiva. Iżid li ma’ kull logħba li nġibdet kien hemm xi ħadd li weġġa’ jew anke bil-ħwejjeġ imqatta’. Id-direttur jitkellem anke fuq il-produzzjoni u l-istorja inġenerali u jsemmi li hi bbażata fuq is-soċjetàà tal-lum il-ġurnata, soċjet ffissata fil-kompetizzjoni.
Il-produzzjoni tirrappreżenta l-ħajja ta’ dawk li jitilfu u dawk li jirbħu matul ħajjithom, bl-isfidi u l-inċertezzi kollha li jaffaċċjaw. Minkejja s-sagrifiċċji kollha li esperjenza, id-direttur ma jgħidx le li fil-futur ikun hemm anke t-tieni s-sensiela!