Jista’ Jkun Li L-Ingilterra Jkun L-Ewwel Pajjiż Li Fih Jintemm Il-Virus Tal-Covid-19!?

 Bħalma ħafna jistgħu jassumu, il-virus tal-Covid-19 probabbilment mhuwiex ser jieqaf ħesrem iżda sempliċiment bħal ħafna mard ieħor ser jindera mill-pajjiżi u minn nieshom.  Fil-fatt, sfortunatament huwa diffiċli li naslu f’punt fejn totalment ħadd ma jkun vulnerabbli għall-virus, kemm għax it-tixrid u r-rata tat-tixrid tiegħu mhuwiex xi ħaġa li wieħed jista’ jiddetermina minn qabel, kif ukoll għax huma ħafna n-nies li jiddeċiedu li ma jitlaqqmux. 

Ċertu osservaturi jemmnu wkoll illi din il-pandemija jaf tixħet dawl fuq l-abilità ta’ kommunitajiet differenti li jsolvu kriżijiet aktar serji, bħal pereżempju dik tat-tibdil fil-klima u t-tisħin globali.

Meta pajjiż jgħaddi mill-proċess li fih jidra aktar dan il-virus b’tali mod li anke r-restrizzjonijiet u l-miżuri jkunu mnaqqsa drastikament, il-pandemija tibda tiġi msejħa bħala endemija.  Iżda dan il-proċess mhux ser jiġi bl-istess mod jew fl-istess ħin għall-pajjiżi kollha.   

X’aktarx li l-Ingilterra għandha tkun fost l-ewwel żoni li fihom isseħħ din il-bidla, speċjalment minħabba n-numru kbir ta’ każi li jinstabu kuljum u r-rata għolja tat-tlaqqim.  Fil-fatt, l-awtoritajiet ta’ bosta pajjiżi qed isegwu bir-reqqa l-passi ta’ dan il-pajjiż għax huwa wieħed mill-iktar pajjiżi li l-pandemija ħalliet impatt fuqhom. 

J’Alla pass pass nibdew mexjin fit-triq lejn in-normalità!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI