Kif tafu aktar tard dan ix-xahar għal sena oħra ser inkunu qed nagħżlu l-ambaxxattur/ambaxxatriċi/ambaxxaturi li ser jirrappreżentawna.
F’Awwissu ħarġet il-lista ta’ 14-il kanzunetta li waħda minnhom se tkun qed tirbaħ iċ-ċans li tirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Caja Mágica fil-Madrid, Spanja.
Smajna anke silta minnhom permezz tal-paġni uffiċjali tal-midja soċjali ta’ Eurovision Song Malta, u llum sirna nafu wkoll xħin ser ikun qed tintwera x-xandira diretta Nhar is-Sibt, 21 ta’ Settembru 2024.
Tajjeb li tkunu tafu li s-serata ser tkun qed tibda fis-18:00. Is-serata li minnha ser niskopru liema kanzunetta ser tirrappreżenta lil pajjiżna. Awguri lill-parteċipanti kollha!