Jitlaqha R-Raġel Wara Li Joħroġilha L-Kanċer Għat-Tieni Darba – L-Istorja Ta' Qsim Ta' Qalb Ta' Nightbirde

Nightbirde, il-kantanta fuq America’s Got Talent li saħħret lil kulħadd bil-vuċi, bil-kitba u bl-istorja tagħha. Nightbirde li t-tobba qalulha għandha biss 2% ċans li ssalva, li t-tobba qalulha għandek biss ftit ġimgħa ta’ ħajja.





Il-kantanta Amerikana ma kellhiex ħajja faċli, ma kellhiex ħajja pjaċevoli. Darbtejn ħasbet li rebħet il-kanċer, iżda waqt it-tieni ġlieda tagħha kontra din il-marda qerrieda, proprju ftit jiem wara li skopriet li reġa’ ħarġilha f’postijiet differenti, ir-raġel tagħha, qallha li m’għadx iħoss dik l-imħabba li kellu għaliha.



Il-koppja spiċċaw biex ħadu d-divorzju waqt li Nightbirde kienet qed tiġġieled il-kanċer. Hi ltaqgħet mal-kanċer għat-tielet darba, qabel it-tletin sena. Hawn fuq wieħed jista’ jisma’ l-istorja ta’ din l-artista. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI