L-attur David Prowse, ir-raġel Ingliż li libes il-libsa emblematika ta’ Darth Vader fit-triloġija oriġinali ta’ Star Wars, għadu kif tilef ħajtu fl-età ta’ 85 sena.
L-aġent tiegħu Thomas Bowington qal fuq il-midja soċjali li hu miet wara marda qasira.
David Prowse, li oriġinarjament kien weightlifter u l-bodybuilder, sar ikona tal-film wara li ħadem il-parti fiżikali tiegħu bħala Darth Vader fi Star Wars, filwaqt li l-vuċi ta’ Darth Vader nħadmet mill-attur Amerikan James Earl Jones.
Prowse oriġinarjament kien irrekordja l-vuċi ta’ Vader, iżda ġie sostitwit minn Jones minħabba l-aċċent tal-West Country ta’ Prowse.
Facebook/MILENIO