L-awtoritajiet għadhom kif ħabbru li għadu kif ħalliena anzjan ieħor li kellu l-Covid-19. Dan jiġi t-tielet persuna li tilfet ħajjitha bil-virus f’24 siegħa.
L-anzjan kellu 85 sena u rriżulta pożittiv għall-virus fit-12 ta’ Settembru. Hu tilef ħajtu ġol-isptar ta’ Mater Dei, waqt li kien qiegħed għall-kura fl-Infectious Disease Unit.
Dan ifisser li s’issa b’kollox mietu 20 persuni bil-Covid-19 f’pajjiżna.