L-Għaqda Każini tal-Banda ħarġet stqarrija fejn intqal li għadu kif jitwaqqaf grupp sabiex isir pjan ta’ kif jistgħu jiġu ċċelebrati l-festi għas-sena d-dieħla wara li issa dawk id-dilettanti kollha tal-festi ilhom sentejn ma jiċċelebraw il-festi b’mod normali bħal qabel il-pandemija.
“L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqfet working group ta’ azzjoni wara li ma ħadet ebda tweġiba għat-talbiet tagħha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex jinbdew id-diskussjonijiet għall-festi mis-sena 2022.”
Il-mira hi li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, dan il-grupp ikollu l-pjan imfassal li ser jiġi ppreżentat lil-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Din l-għaqda reġgħet ħeġġet lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jagħtu widen għall-ittri li ntbagħtu dwar dan u għadhom mhux imwieġba
Facebook / Soċjetà Mużikali Trinita Qaddisa Marsa A.D. 1949 / Għaqda Madonna Tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883