Sfortunatament ħarġet l-aħbar li miet il-Prof. Frederick Fenech. Fenech jiġi iz-ziju tal-Ministru José Herrera. Fil-fatt kiteb ġieħ għalih fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook.
“Iz-ziju maħbub tiegħi Prof. Frederick Fenech ħalliena,” kiteb il-Ministru, “huwa kien membru stmat ħafna tal-professjoni medika u t-tieni missier għalija. Strieh fil-paċi.”
Ħafna ħbieb u studenti tiegħu kitbu l-kondoljanzi tagħhom.
Facebook/Jose Herrera