Il-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes illum kien qed jiċċelebra d-19-il sena miżżewweġ lil martu Joanne Galdes.
Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, hu żvela ritratt tal-ġurnata tat-tieġ tagħhom, u kiteb: “Qisu lbieraħ! Inħares lura lejn dan iż-żmien sabiħ li għexna flimkien. Joanne grazzi tas-sapport kontinwu tiegħek!”
Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Roderick u Joanne kellhom ġurnata mill-isbaħ mimlija mħabba u memorji sbieħ. Awguri!
Facebook/Roderick Galdes