Joe Demicoli m’għandu bżonn ebda introduzzjoni! Il-kantant, attur u mużiċist illum jiċċelebra għeluq sninu. Joe tista’ tgħid magħruf l-aktar għal dawk il-kanzunetti famużi li qeleb bil-Malti u tagħhom dik il-laqta umoristika.
Ftit aktar minn għoxrin sena ilu ħareġ l-album Kemmuna Airways li spiċċa fuq fomm kulħadd! Il-grupp għamel ir-ritorn tiegħu, is-sena li għaddiet bil-kanzunetta Ħass u Basal fuq kliem u mużika ta’ Rita Pace.
Hu kemm-il darba siefer barra minn xtutna biex jagħti wirjiet lill-emigranti. Hu twieled fl-4 ta’ Marzu tal-1963 u b’hekk illum jagħlaq 58 sena.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jqatta’ l-jum mal-għeżież tiegħu, martu Sonya u t-tifla Sandy.
Facebook / Ivan Gaffiero