Joe Julian Farrugia żgur li mhux wiċċ ġdid għall-qarrejja ta’ Gwida.mt, riċentament Joe Julian sar nannu. Iżda din mhux l-unika bidla li kellu f’ħajtu, l-awtur u preżentatur tar-radju għadu kif għamel bidla ċkejkna fil-programm tiegħu ta’ kull filgħodu. Ħafna draw jisimgħu lil Joe Julian fuq 93.7FM permezz ta’ Bonġu Kafè iżda issa l-programm biddel ismu għal Joe Julian Filgħodu.
Il-programm ta’ Radju Malta jinżel tajjeb immens mas-semmiegħa tiegħu. Joe Julian iżomm kumpanija mill-isbaħ, b’divertiment u naqra mużika mill-aqwa, inkluż mużika lokalil.
Joe Julian Filgħodu jixxandar mis-6.30 sad-9:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa LIVE fuq 93.7FM.
Facebook / Joe Julian Filgħodu