Joe Roscoe Jsellem Lil Milly – Tislima Mimlija Mħabba Lill-Kelba Għażiża Tiegħu!

Bi kliem sempliċi iżda mimli emozzjoni, Joe Roscoe qasam messaġġ ta’ tislima għal Milly, il-kelba li għal snin twal kien parti mill-familja tiegħu u, kif stqarr hu stess, “l-aqwa ħabiba” tiegħu.

Joe rrakkonta kif il-memorja ta’ Milly tmur lura għal meta kellu biss 14-il sena, meta mar lura d-dar mill-iskola u sabha f’rokna tal-kamra flimkien ma’ oħtha Molly. Dak iż-żmien kienu tant żgħar li kienu jidħlu fil-but tal-hoodie tiegħu, u joħorġu rashom minn kull naħa – xena li baqgħet imnaqqxa f’qalbu.

Għalkemm kien iħobb lit-tliet klieb tal-familja, Joe ammetta li Milly kellha post speċjali għalih. “Milly kienet it-tarbija tiegħi,” kliem li juri r-rabta profonda li tista’ tinbena bejn bniedem u kelb tul is-snin.

Fost il-kliem l-aktar li laqat lil min qara l-messaġġ hemm riflessjoni li ħafna sidien tal-annimali domestiċi jifhmu sew, li kelb jgħix eżatt biżżejjed biex inti tħobbu bl-akbar mod possibbli, u mbagħad ikollu jitlaq. Riflessjoni li, kif qal Joe, tqajjem mistoqsija diffiċli, jekk wieħed qatt iridx jerġa’ jkollu kelb wara telfa bħal din.



Minkejja d-dulur, Joe esprima wkoll gratitudni kbira lejn il-ġenituri tiegħu, li ddeċidew li Milly għandha tkun parti minn ħajtu. “Qatt mhu se tkun taf kemm fissirt għalina,” kiteb, “imma jiena grat ħafna li kont f’ħajti.”



Il-messaġġ ta’ Joe huwa tislima ta’ mħabba li tfakkar kemm l-annimali domestiċi jistgħu jkunu sors ta’ ferħ u mħabba bla kundizzjoni. Għalkemm Milly telqet, iżda l-memorji u l-imħabba li ħalliet warajha se jibqgħu għal dejjem.



Ritratti:

Facebook / Joe Roscoe

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI