Joħorġu Bil-Klieb Magħhom Qabel Il-Partita Tal-Futbol Biex Iqajmu Kuxjenza Fuq Il-Moħqrija Tal-Annimali

Bil-għan li jqajmu kuxjenza dwar il-moħqrija tal-annimali, plejers tal-futbol ta’ tim Spanjol kisru t-tradizzjoni u minflok daħlu fil-grawnd iżommu jdejn it-tfal qabel il-partita, daħlu ma’ diversi klieb li bħalissa qed jingħataw kenn fix-xelters iżda jittamaw li xi darba jiġu addottati.

It-tim Spanjol ‘RCD Espanyol’ beda din l-inizjattiva l-ewwel f’Ottubru tal-2023. Wara s-suċċess li nkiseb hekk kif żdiedu sostanzjalment l-ammont ta’ annimali addottati mix-xelters, fix-xhur u s-snin ta’ wara, t-tim baqa’ jieħu din l-inizjattiva regolarment. Fil-fatt twettqet għat-tielet darba f’Novembru li għadda.







Ritratti:

RCD Espanyol

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI