Wara r-riżultat ta’ 14-il każ li ħġasad lil ħafna nies, illum jidher li għandna aħbar tajba! L-aħħar riżultati mid-dipartiment tas-saħħa juru li tul l-aħħar 24 siegħa nstab każ wieħed biss mit-testijiet li saru lbieraħ il-Ħadd.
Tul il-jum tal-Ħadd saru 850 test. Issa l-każijiet attivi f’pajjiżna huma dawk ta’ 27! Nittamaw li fil-jiem li ġejjin, il-każijiet attivi ma jibqgħux telgħin u dawk pożittivi jibdew ifiqu minn dan il-virus.