Aktar kmieni llum ħareġ ir-reġistru elettorali. Reġistru fejn wieħed jista’ jara jekk jinsabx fuqu sabiex ikun eleġibbli li jivvota fl-elezzjonijjiet li jmiss. Ir-reġistri elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2021.
Dawk li jikkawlifikaw biex jivvutaw u isimhom mhux imniżżel jistgħu jappellaw sa nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju 2021 biex jappella. Dan ukoll japplika għal dawk kollha li għandhom xi informazzjoni mhux korretta.
Wieħed jista’ jiċċekkja jekk hux reġistra billi jidħol HAWN u jara hux imniżżel. Ladarba wieħed jidħol fis-sit jista’ jfittex bil-lokalità u t-triq. Hemm titla’ l-informazzjoni kollha ta’ min jgħix f’dik it-triq! Ħafna qed jistaqsu jekk informazzjoni bħal din hux permess toħroġ pubblikament. X’taħsbu?