JoMike u Lydon waslu Sydney jumejn ilu biex jagħtu xow fil-Hamrun Club li jinsab hemm stess. Dan l-ispettaklu se jagħmluh fil-5:30p.m, ħin t’hemmhekk. Iżda dan mhux kollu għal JoMike u Lydon, hekk kif għandhom xahar sħiħ iduru l-Awstralja jagħmlu dawn l-ispettakli lill-Maltin residenti hemm. Barra minn hekk, iż-żgħir Lydon se jkun qed jagħti spettaklu jimita lil Elvis Presley.
Nawgurawlkom xahar mill-isbaħ!