Il-lejl li għadda għadda għal ħajja ta’ dejjem, Karmenu ta’ Grabiel, Karmenu ħafna jafuh għal wieħed mill-aqwa ristoranti tradizzjonali tal-ħut f’Malta. Kull min ġieli żar ir-ristorant tiegħu jaf kemm kellu personalità enormi, mimli b’tant u tant kariżma.
Mhux l-ewwel darba li spiċċa bilqiegħda fuq il-mejda ma’ dawk li marru jżuru r-ristorant tiegħu u jingħaqad bla ħsieb ta’ xejn magħhom. Kellu personalità kbira. Hu jiġi z-ziju ta ’Joseph Calleja. It-tenur ċelebri Malti għadda l-messaġġ tiegħu lil zijuh.
“Iz-ziju Karmenu kont dejjem onest u ddedikat kompletament għall-familja tiegħek,” jikteb Joseph. Joseph ikompli jistqarr kemm kien idaħħak b’mod intelliġenti zijuh u jgħid li ħafna ħa jimmisjawh.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Joseph Calleja u lil familtu kollha ta’ din it-telfa li ġarrbu. Strieħ fis-sliem Karmenu.
Facebook / Joseph Calleja