Joseph Cauchi Se Jkun Parti Mill-Ġurija Waqt Is-Semi Finali Tal-Eurovision Ta’ San Marino

Isem magħruf lokali, Joseph Cauchi, se jkun qed jagħmel parti mill-ġurija internazzjonali fis-semi finali tal-Eurovision Song Contest ta’ San Marino.

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ San Marino, tħabbar li se jkun qed jieħu sehem fil-ġurija, flimkien ma introduzzjoni qasira dwar. Huma kitbu, “Joseph Cauchi huwa produttur televisiv Malti. Għandu legat important fi produzzjonijiet ta’ suċċess bħall-X Factor Malta, MasterChef Malta u The Masked Singer Malta.”

Żiedu jgħidu li s-semi finali se jkun qed jixxandar fl-erbgħa u l-ħamsa ta’ Marzu fuq San Marino RTV, Radio San Marino, u raiplay.

Tassew hija opportunita` prestiġjuża għall-produttur lokali, iżda wkoll ta’ unur kbir għalina bħala Maltin, li qed naraw isem lokali jidher fuq programm televisiv internazzjonali. Aħna verament kburin bih.







Ritratti:

Instagram / sanmarino_songcontest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI