Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu mas-segwaċi tagħhom żewġ kitbiet separati fejn f’żewġ funerali differenti nġabru flus għal Puttinu Cares.
Huma qalu, “Ningħaqdu fil-ħsieb u t-talb mal-familja u l-ħbieb ta’ Carmen Azzopardi, ta’ 82 sena. B’tifkira tagħha, saret donazzjoni ta €640 lil Puttinu Cares flok fjuri ġest sabiħ ta’ ġenerożità li se jkompli jgħin lil min għandu bżonn.”
Qalu wkoll, “B’sens ta’ niket kbir, nesprimu s-sogħba u l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja u lill-ħbieb ta’ Joseph Ellul, ta’ 82 sena. B’tifkira tiegħu, sar ġest sabiħ u sinifikattiv ta’ ġenerożità. Ingħatat donazzjoni ġeneruża ta’ €340 lil Puttinu Cares minflok fjuri. Tribut mill-isbaħ li se jkompli jagħmel differenza fil-ħajja ta’ oħrajn.”
Jistrieħu fis-sliem.