Josline Camilleri, magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha fl-ewwel staġun ta’ Big Brother, irnexxielha ttemm b’suċċess ġirja ta’ għaxar kilometri.
Hi kitbet fuq il-paġna tagħha, “Ġirja ta’ għaxar kilometri! Kont it-tielet minn tal-aħħar, u nħossni vera ferħana, għax lestejt! Sinċerament m’għamilthiex biex nirbaħ, għamiltha biex ngħid li għamiltha.”
Żiedet tgħid, “Jekk qed taħseb biex tagħmilha, idħol għaliha. Anke jekk tispiċċa l-aħħar, idħol għaliha.”
Bi tbissima fuq fommha, fil-filmat tidher tifraħ b’mod ġenwin għaliex irnexxielha tagħmel xi ħaġa li dejjem xtaqet, u rringrazzjat ukoll lil Alla talli rnexxielha tasal sal-aħħar tal-ġirja.
Għandha perspettiva li tassew tmiss il-qalb u hi ta’ ispirazzjoni kbira għalina lkoll.
Facebook / Josline Camilleri