Josuel Grech magħruf aħjar bħala Josuel Elvis qasam messaġġ mimli kburija u emozzjoni fuq il-midja soċjali wara li l-għarusa tiegħu, Luana, rebħet it-titlu ta’ Miss Priscilla 2026 f’kompetizzjoni ġo Parkes.
F’post li ġibed l-attenzjoni, Josuel irrakkonta kif Luana ddeċidiet li tidħol fil-kompetizzjoni fl-aħħar mument waqt avveniment li ttella’ f’Parkes, deċiżjoni spontanja li, skontu, spiċċat f’suċċess kbir. Huwa faħħar b’mod partikolari d-dehra tagħha, il-make-up u l-preżenza fuq il-palk, u sostna li kollox kien eżatt.
“U hawn hi… Miss Priscilla 2026. L-għarusa tiegħi, Luana, iddeċidiet fl-aħħar mument li tidħol fil-kompetizzjoni hawn Parkes — u verament iddominat. Id-dehra, id-daqs, il-make-up… kollox perfett. Kburin ħafna biha,” kiteb Josuel fil-messaġġ tiegħu, li ġie milqugħ b’ħafna kummenti ta’ awguri u appoġġ.
Ir-rebħa ta’ Luana mhux biss tenfasizza t-talent u l-kunfidenza tagħha, iżda wkoll isservi ta’ ispirazzjoni għal ħafna oħrajn fil-komunità, speċjalment meta wieħed iqis li kollox beda minn deċiżjoni meħuda fl-aħħar minuta. Il-post ta’ Josuel juri wkoll ir-relazzjoni soda bejn it-tnejn, ibbażata fuq appoġġ u kburija reċiproka.
Nistgħu ngħidu li għandna lil Elvis u Priscilla Maltin – żewġ rebbieħa f’Parkes, sena ’l bogħod minn xulxin!
Facebook / Josuel Grech