Is-Sindku tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, kiteb messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu biex iqajjem iżjed għarfien dwar il-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis u jesprimi kemm jammira lil oħtu li ta’ kuljum, turi saħħa u kuraġġ.
Hu spjega, “Jum l-għarfien tal-Multiple Sclerosis.”
Żied jgħid, “Sitt snin ‘il quddiem, dan il-messaġġ għadu sa issa jfisser ħafna għalija u għall-familja tiegħi. Multiple Sclerosis hi xi ħaġa li ħafna jridu jgħixu biha kull jum, inkluża oħti. Is-saħħa, kuraġġ, u qalb miftuħa tagħha jkomplu jispirawni, u verament nammira l-mod kif hi taffaċċjaha. Għax wara kull kundizzjoni, hemm storja, familja, u battalja.”
Facebook / Gabriel Micallef