“Jum Li Jfakkarna Fil-Kuraġġ Ta’ Dawk Li Għelbu Din Il-Marda, Dawk Għadhom Jiġġildulha U Wkoll Dawk Li Tilfu Ħajjithom” – Alex Borg

Ilbieraħ kif ħafna jafu kien il-jum iddedikat għall-kanċer u l-persuni li ġew affettwati minnu. Iż-żagħżugħ Għawdxi li ħa jkun qed jirrappreżenta lil Malta f’Mr World Malta qasam ritratt ta’ meta hu kien għadu żgħir flimkien ma’ missieru li għadda għall-ħajja ta’ dejjem.

Hu kiteb, “Illum huwa l-Jum Dinji għall-Kanċer. Dan huwa jum li jfakkarna fil-kuraġġ ta’ dawk li għelbu din il-marda, dawk għadhom jiġġildulha u wkoll dawk li tilfu ħajjithom. Ejjew nonoraw il-qlubija tagħhom billi nwegħdu ġlieda lil din il-marda terribbli, bil-mezzi u r-riżorsi kollha tagħna!”

Messaġġ sabiħ u messaġġ ukoll li jagħmel kuraġġ lil dawk kollha li bħalissa qed jiġġieldu kontra din il-marda kiefra. Kuraġġ kbir lilhom u l-familja tagħhom li żgur li għalihom iebsa wkoll li jaraw il-membri tant qrib tagħhom għaddejjin minn daqstant tbatija.





Facebook / Alex Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI