Kważi qas titwemmen li propju ġurnata qabel nibdew il-ħin tas-sajf, kellna temp verament xitwi. Apparti x-xita li għamlet, kienet ukoll il-kesħa.
Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna qalu, “27 ta’ Marzu 2026, jum mill-aktar xitwi.” Fil-fatt it-temperatura kienet 15°C l-ogħla u l-inqa keinet ta’ 8°C.
Il-paġna fakkret ukoll li tul dan il-lejl nibdew il-ħin tas-sajf, fejn indawru l-arloġġ siegħa ‘l quddiem.
Facebook / It-Temp Madwarna