Il-personalità magħrufa u eks gowler tat-tim nazzjonali, kif ukoll kunsillier fil-Floriana, Justin Haber, instab ħati li hedded lil oħtu l-mudella Pearl Vella Haber. Il-każ imur lura għal Jannar, meta bagħtilha voice message fejn qalilha, “Se naqtagħlek rasek.”
Fil-qorti nstema’ kif dan l-aġir seħħ wara tilwima familjari. Oħtu Pearl qalet li tibża’ regolarment mill-konfront miegħu, tant li lanqas tipparkja f’garaxx taħt l-art. Għalkemm Haber inizjalment ċaħad l-akkużi, ammetta l-iżball tiegħu waqt ix-xhieda.
Il-qorti sabitu ħati u ħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ sena f’favur ta’ oħtu, u jekk jiksirha jista’ jaffaċċja multa ta’ €2,000. Justin Haber ilu snin magħruf fil-futbol Malti u l-aħħar daħal fil-politika lokali.
Facebook / Haber Justin