Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu Bjorn Formosa kiteb dwar in-nies prezzjużi li jibqgħu dejjem f’ħajtekm jiġri x’jiġri. Għalkemm fil-ħajja jista’ jkun ikollna xi telfa ta’ affarijiet ta’ din id-dinja, hemm nies li nsibuhom dejjem.
“Jien tlift ħafna affarijiet, imma qatt ma tlift ħbieb sinċieri. Justin wieħed minn dawk li baqgħu miegħi fiż-żminijiet l-aktar diffiċli. Justin mhux biss hu ħabib, imma wkoll artist mill-aqwa li ħoloq l-arti sabiħa tas-Salib fil-Kappella ta’ Dar Bjorn – riflessjoni tal-fidi u r-reżiljenza.’
Bjorn jagħlaq billi jxerred ritratt flimkien ma’ Justin. Apparti minn hekk jirringrazzjah talli kien parti prezzjuża minn dan il-vjaġġ. Jikteb, “Il-ħbiberija hija l-ikbar rigal.”
Prosit Justin tal-kontribut tiegħek!