Kaċċatur Taljan miet hekk kif attakkah ħanżir selvaġġ li spara fuqu. Il-kaċċatur ta’ 74 sena kien ġo forest fil-provinċja ta’ Alessandria meta flimkien ma’ sħabu kienu qed jisparaw fuq l-annimali.
F’ħin minnhom, dan ir-raġel spara fuq ħanżir selvaġġ u ferih. Iżda b’vendetta, l-ħanżir selvaġġ ta s-salt u lir-raġel ferih bin-nejbiet.
Ħelikopter tas-salvataġġ ġier għar-raġel u ttieħed fl-isptar ta’ Alessandria iżda miet ftit tal-ħin wara.
Jidher li fl-Italja mietu 14-il kaċċatur is-sena li għaddiet iżda eluf ta’ annimali ġew ikkaċċjati.