Ivan Gaffiero ddedika kelmtejn mill-qalb lill-għeżież uliedu Martina u Tiziana. Spjega kemm hu kburi li kibru magħqudin u jħobbu lil xulxin.
Hu kiteb, “Kabbarthom b’sens ta’ ħafna mħabba lejn xulxin. Mhux dejjem kienet faċli l-ħajja. Kemm kien hemm Milied li bkejt u ħassejt id-dlam u faqar… imma b’ħafna sagrifiċċji u sfidi llum wasalt fejn ħlomt għal ħafna snin.”
Żied jgħid, “Inħobbkom ħafna Martina Gaffiero u Tiziana Gaffiero.”
Fil-kummenti, uliedu rringrazzjawh talli dejjem kien hemm għaihom, anke fi żminijiet ferm diffiċli. Qalu li dejjem se jkunu hemm għal xulxin, jiġri x’jiġri.
Kemm hi sabiħa l-għaqda bejn il-membri tal-familja! L-imħabba ta’ bejniethom tassew tmissilna qlubna.
Facebook / Gaffiero Ivan