Kantanta Popolari Tmut Bil-Covid Jiem Wara Li Welldet Ir-Raba' Wildt Tagħha!

Kantanta popolari Malasjana mietet bil-Covid-19, ftit jiem biss wara li welldet it-tarbija tagħha – ir-raba’ wildt tagħha.

Siti Sarah Raisuddin, kellha tmien xhur tqala u kienet qed tbati minn livelli ta’ ossiġnu baxx, hi tqiegħdet f’koma sabiex it-tarbija tagħha tkun tista’ titwieled permezz ta’ operazzjoni.

It-tarbija ġiet salvata, għalkemm qatt ma rnexxielha żżommu f’idejha. Ir-raġel tagħha qal li għamel l-aħħar vidjow telefonata qabel il-mewt tagħha, fejn kellha d-dmugħ nieżel ma’ ħaddejha.

“(Huwa) bħallikieku hi fehmet dak li konna qed ngħidulha,” qal Shuib Sepahtu, li hu kumidjant, lill-ġurnalisti lokali. “Huwa biss li se tkun verament ta’ sfida għalija li nagħti l-aħbar lit-tliet itfal tagħna dwar il-mewt ta’ ommhom.”

Minbarra t-tarbija tat-twelid, il-koppja għandhom tlett itfal akbar li l-età tagħhom tvarja bejn sitt u 10 snin. Rapporti jgħidu li l-familja kollha ittestjat pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Lulju.

Ir-re u r-reġina tal-Malasja kien fost dawk li taw il-kondoljanzi lill-familja tagħha.

Facebook / Siti Sarah Raisuddin







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI