Il-paġna Malta, News, Photos and People tellgħat ritratt mill-isbaħ ta’ Katarina Saliba li llum tagħlaq 105. Is-Sindku taż-Żurrieq, Rita Grima żaret lil Katarina f’din l-okkażjoni mill-isbaħ.
Rita qalet, “F’isem il-Kunsill Lokali ippreżentajt bukkett fjuri u kartolina lil Katarina Saliba li qiegħda miżmuma tant tajjeb ġewwa r-residenza ta’ San Vincent de Paule f’għeluq il-105 sena. Grazzi lil l-istaff tas-sala li jieħdu ħsieb lil dawn ir-residenti.”
Aħna f’isem Gwida.mt, nifirħu lil Katarina u nawgurawlha iktar saħħa ħalli tkompli tgawdi l-ħajja.
Facebook / Rita Grima