Fuq il-paġna uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, ġie rrapurtat li persuni tas-salvataġġ marru l-Bajja tal-Ġnejna wara rapport li deher katavru fuq ix-xatt.
Żiedu jgħidu li hekk kif waslu fuq ix-xena, operazzjoni ta’ tfittix u salvaġġ saret, u rnexxielhom joħorġu l-persuna mejta mill-baħar. Ma sabu l-ebda ħjiel ta’ ħajja fil-persuna u fi stat ta’ dekompożizzjoni avvanzat. Tabib mediku ċċertifika l-persuna mejta fuq il-post.
Komplew jiktbu, “Dan l-inċident ġie mogħti b’mod formali lill-Forza tal-Pulizija ta’ Malta għal iktar investigazzjoni.”
Nirringrazzjaw lill-persuni tas-salvataġġ li sabu l-katavru u ħarġuh mill-baħar. Nitolbu li din il-persuna qed tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Civil Protection Malta