Katie Price, mudella u kantanta Ingliża li għandha 43 sena u kemm-il darba dehret fuq diversi programmi fuq it-televixin, sofriet xi ġrieħi f’wiċċa u ttieħdet l-isptar wara li ġiet attakkata minn raġel ġewwa Essex fl-Ingilterra.
Kelliem għall-Pulizija qal li ċemplulhom kollegi mis-servizz tal-ambulanzi u qalulek bl-inċident li sar wara s-siegħa u nofs ta’ filgħodu. Il-Pulizija qalu wkoll li raġel ta’ 32 sena ġie arrestat ftit wara li ħadu lil Katie Price l-isptar u għadu qed jinżamm taħt arrest.

Facebook / Katie Price