Kaya U R-Raġel Tagħha Antonio Jiċċelebraw Is-Sitt Anniversarju Tagħhom Illum

Il-kantanta lokali Kaya, magħrufa wkoll bħala Priscilla Psaila llum qed tiċċelebra l-anniversarju tagħha ma’ żewġha Antonio. Sitt snin ilu, il-koppja qalu s-signor si.

F’dan il-jum għażiż, wieħed mix-xhieda tagħhom u l-ħabib kbir tal-kopja, l-istilista Antonio Muscat kitbilhom messaġġ qasir u tassew ħelu, “Iż-żwieġ huwa melodija tul il-ħajja kantata minn żewġ qlub li kompletament iċedu għall-imħabba.”

Hu qasam ukoll ritratt tal-koppja fil-jum speċjali tagħhom. Aħna f’isem Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal-lum u għall-futur. Nittamaw li l-imħabba tagħhom tibqa’ tissawwar u dak li jixtiequ jsir realtà.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI