Charles Ahar qasam messaġġ mimli mħabba u awgurju lejn martu Elaine fl-okkażjoni ta’ jum għeluq sninha.
Hu jfakkar kemm trabbew flimkien u kif, minkejja s-snin li qed jgħaddu, kull ċelebrazzjoni għadha ġġib magħha l-istess ferħ.
“Trabbejna flimkien… 44 sena jistgħu jkunu biss numru, imma ġo fik hemm qalb qawwija, entużjażmu bla tmiem, u sens ta’ umoriżmu sabiħ li dejjem għamluk min int.”
Il-messaġġ tiegħu jispiċċa b’xewqa sempliċi iżda sinċiera: li Elaine tgawdi l-ġurnata tagħha, imdawra bl-imħabba. Qasam anke ritratti tagħha għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw bix-xewqat sbieħ.
Awguri mill-qalb Elaine!