Keith Demicoli Iżomm Fi Ħsiebu Lil Dak Il-Malti Li Jinsab Bejn Sema U Ilma

Waqt li bħal drabi oħra jistieden lill-poplu kollu jaħdem favur ambjent nadif, Keith Demicoli ħejja erba’ kelmiet dwar dak li Neil Agius qed jagħmel għalina.

Neil huwa dak il-Malti li qed jgħum minn Sqallija għal Malta biex jgħin iqajjem kuxjenza kontra t-tniġġis tal-plastik tal-baħar. Keith jisħaq li Neil qed jagħmel missjoni li tidher pjuttost impossibli għalina lkoll: “Waqt li jien bil-kumdita kollha qed nitfa’ dan ir-ritratt, Neil Agius qed jagħmel l-impossibli. Bħalissa qed jgħum 100km minn Sqallija għal Malta … Qed jagħmilha għalina!”

Ikompli billi jħeġġeġ l-importanza li nnaqqsu l-ammont ta’ plastik fil-baħar tagħna biex b’hekk inkunu ta’ sapport għal Wave Of Challenge u ħafna oħrajn li tant qed jaħdmu favur l-ambjent.

Prosit Keith u Awguri mill-ġdid lil Neil!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI