Permezzz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Jamie Cardona għadda messaġġ wara li wasal fi tmiemu Mużika Mużika. Jamie rebaħ il-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika kif ukoll kien wieħed mill-preżentaturi fis-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika.
Hu qal, “Grazzi kbira lil dawk kollha li segwewna. Il-jiem li għaddew kienu wisq speċjali. Ma kontx nimmaġina li kont se nieħu daqshekk pjaċir ma nies li kont naf ftit li xejn sa ftit ilu. Keith, Ira, Jacqui, kemm intom tal-ġenn. Kien unur kbir. U kemm jien kuntent li nista’ nsejjħilkom ħbieb.”
Żied, “Festivals Malta u l-organizzaturi kollha ta’ Mużika Mużika, tissorprenduni b’kemm intom kapaċi. Jeanelle, Mario u Joseph li ma nistax nifhem kif m’għandix ritratt magħkom wara dal-ħin kollu flimkien, grazzi talli kontu magħna tul dal-vjaġġ.”
Facebook/Jamie Cardona