L-AAA esprimiet il-frustrazzjoni tagħha hekk kif għadha kif sabet kelb fi stat ta’ biża’ bi snienu kollha mkissrin u b’diversi feriti madwar ġismu kollu.
“Verament xbajna naraw każi ta’ klieb jiġu abbandunati, klieb jinstabu fit-toroq b’għadam f’ġisimhom imkisser, u s-sitwazzjoni donnha qatt ma tmur għall-aħjar,” kitbet l-AAA b’diżappunt.
Issa b’xorti tajba l-kelb ittieħed għand il-veterinarju u qed jingħata l-għajnuna li għandu bżonn.
Prosit tassew!
Facebook / Association for Abandoned Animals