Wara l-aħbar xokkanti fejn ammont kbir ta’ klieb ġew ikkonfiskati minn dar fejn kienu miżmuma ħażin, diversi paġni tas-santwarji tal-klieb urew l-istat tal-klieb wara li dawn laqawhom fis-santwarji tagħhom.
Association for Abandoned Animals xerrdu xi ritratti ta’ kelba tqila u sfortunatament din għandha għajnejha mifqugħin. Dawn qalu li l-kelba se tkun qed tiġi fostered minn xi voluntiera. Minħabba l-fatt li se tkun qed twelled dalwaqt, l-ebda operazzjoni sabiex jitnaddfu għajnejha ma jistgħu jsiru.
Importanti li wieħed ikun jaf dawn il-klieb mhumiex hemmhekk sabiex jiġu addottati.