“Kelli L-Unur Li Nkanta L-Kanzunetta Tiegħi Tlaqt Ħabib Fil-Funeral Ta Mr.Christopher Rutzen (Gabaj) Ġewwa Żabbar” – Kevin Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Kevin Borg sellem il-memorja ta’ Mr.Christopher Rutzen li ħalla din id-dinja riċentament fejn hu kanta fil-funeral tiegħu.

“Ftit tal-ħin ilu kelli l-unur li nkanta l-kanzunetta tiegħi Tlaqt Ħabib fil-funeral ta Mr.Christopher Rutzen (Gabaj) ġewwa Żabbar. Bniedem li kien maħbub minn ħafna il-għaliex ma kienx hemm fejn toqgħod persuna oħra, kemm fil-parroċċa ta Ħaż-Żabbar kif ukoll fuq barra. Qraba, ħbieb u ħafna kollegi tiegħu ġew biex jagħtuh l-aħħar tislima. Kondoljanzi lill-familjari u ħbieb kollha tiegħu mingħandi. Strieħ Fis-Sliem Għażiż Christopher.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-famijari kollha. Jistrieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI