“Kelli Naqsam Din Magħkom, Biex Nikkonferma Kemm Aħna lkoll Sodi!… Dak kollu li Trid, Tista’ Tiksbu” – Stephanie Chircop

Stephanie Chircop

Il-preżentatriċi Stephanie Chircop qasmet post li ġiet ippubblikata fuq Facebook li turi kemm id-determinazzjoni u l-kuraġġ huma b’saħħithom. Tkun xi tkun iċ-ċirkostanza, dejjem tista’ tagħmel ħiltek biex tasal fejn tixtieq.

Il-post tlaqqagħna ma’ Jono Lancaster li jbati bit-Treacher Collins Syndrome, iżda ma ħalla xejn iwaqqfu milli jkompli għaddej.

“Ġie abbandunat mill-ġenituri meta twieled, kienu jaqbdu miegħu t-tfal, it-tobba qalu li ma kienx se jkun normali… illum il-ġurnata huwa fitness trainer, jivjaġġa madwar id-dinja u jispira lil tfal oħra bħalu.”

Stephanie tikteb, “Kelli naqsam din magħkom, biex nikkonferma kemm aħna lkoll sodi, irrispettivament minn dak li jgħidulek in-nies! Kulma trid, tista’ tiksbu. Din il-qawwa fil-fond ta’ ġewwa fina, hija dak li dejjem ħbew minna, għal raġuni.”

Prosit Stephanie li qsamt dan il-messaġġ li jagħmel tant sens!







Ritratti:

Facebook/ Stephanie Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI