Fil-quddiesa tal-bieraħ filgħaxija dil-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun, saret it-tradizzjoni ħelwa li t-tfal joffru l-karus ta’ mħabba tagħhom lid-Dar tal-Providenza. Il-paġna tal-Facebook tal-Parroċċa kitbet dwar dan.
“Illejla kellna l-quddies li fiha t-tfal ġabu magħhom il-karus ta’ mħabba, li tajniehom fil-bidu tar-Randan u offrewh lil Dun Martin Micalled, direttur tad-Dar tal-Providenza bħala għajnuna għall-ħidma tiegħu ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali,” huma kitbu.
“Magħna ilqajna ukoll liż-żagħżugħ Queven Ellul, li hu nieqes mid-dawl, imma mogħni b’ħafna talenti. Huwa daqq l-orgni waqt il-quddies b’kapaċità kbira.”
“Prosit għeżież tfal għall-ġenerożità tagħkom u prosit għażiż Quiven. Ejjew inkomplu niftħu qalbna għal xulxin kif iridna Ġesù.”
Facebook / Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun