Il-kantanta żagħżugħa Kelsy Attard illum qed tiċċelebra għeluq sninha, hekk kif tagħlaq 19-il sena.
Is-sena li għaddiet rajnieha tagħmel id-debutt tagħha fuq il-palk tal-Malta Eurovision Song Contest, fejn ippreżentat il-kanzunetta Love Me Loud, prestazzjoni li għenitha tkompli tibni isimha fix-xena mużikali lokali. Din is-sena se nerġgħu narawha tieħu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Perfectly Broken, li mistennija turi naħa aktar matura u emozzjonali tal-artista.
Qabel dan kollu, Kelsy kienet dehret ukoll fuq X Factor Malta, fejn ħalliet impressjoni pożittiva fuq il-ġurija u t-telespettaturi bil-vuċi u l-preżenza tagħha fuq il-palk, minkejja li ma rnexxilhiex tasal sal-fażijiet finali tal-kompetizzjoni. Madankollu, dik l-esperjenza kienet pass importanti fil-vjaġġ artistiku tagħha.
Aħna nawguraw lil Kelsy l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u kull suċċess fil-karriera mużikali tagħha li għadha quddiemha.
Facebook / Kelsy Attard