"Kemm Ferraħtna Meta Twelidt Int U Xejn Inqas Meta Kabbartilna L-Familja" – Omm Gianluca F'Għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant lokali Gianluca Bezzina li jagħlaq 31 sena. It-tabib li kien seraq il-qlub ta’ ħafna u ħafna nies meta fl-2013 kien rebaħ il-Malta Eurovision permezz tal-kanzunetta Tomorrow.





F’dan il-jum speċjali, ommu Sonia ħallietlu messaġġ ħelu biex tawguralu, “Awguri! Illum imiss lilek għażiż Gianluca. Kemm ferraħtna meta twelidt int u xejn inqas meta kabbartilna l-familja b’Vanessa u żewg neputijiet ħelwin. Tassew b’xortija li inti tgħidli ‘ma’ u n-neputijiet jghiduli ‘nanna’.”

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Gianluca l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Ninsabu ċerti li ħa jkun qed igawdi mal-għeżież tiegħu.

Facebook / Gianluca Bezzina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI