Il-Ministru Owen Bonnici tefa’ dwar it-tnedija tal-mejda tal-appostli li seħħet ġewwa l-Belt Valletta. Parti mit-tradizzjoni lokali f’dawn iż-żminijiet.
“Ħadt gost immens ningħaqad mal-Arcikonfraternita’ tas-Santissmu Sagrament fi ħdan il-Parroċċa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta għat-tnedija tal-Mejda tal-Appostli. Ingħatajt ukoll qagħqa tal-Appostli bħala tislima tat-tradizzjonijiet kulturali tant b’saħħithom li għandna. Kemm hi sabiħa l-kultura reliġjuża ta’ pajjiżna!”
Qasam anke ritratti meħudin waqt dan l-avveniment.